Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq Joseph A. Sacco u Triq Joseph Gravina, Il-Gudja;
Triq Joseph Gravina, Ħal Għaxaq;
Triq Joseph Spiteri Sacco, Il-Ħamrun; u
Triq Afrodite u Triq il-Qrolla, Marsaxlokk
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta’ Ottubru, 2023, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mis-17 ta’ Ottubru, 2023.
20 ta’ Ottubru, 2023