Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Sqaq il-Ġilju, Ħal Għaxaq,
Triq iż-Żejtun, Marsaxlokk,
Triq il-Fuħħar l-Aħmar, L-Imġarr,
Wesgħa l-Ispiżerija l-Antika, L-Imqabba u
Triq Manwel Bonnici, Is-Siġġiewi
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta’ Ġunju, 2018, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mid-19 ta’ Ġunju, 2018.
20 ta’ Ġunju, 2018