MEP 2024 - ġbir ta' dokument/i tal-vot mill-Kunsill Lokali Marsaskala

Tags: European Elections and Local Councils

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI –

8 TA’ ĠUNJU, 2024

 

Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lill-votanti rreġistrati fuq Marsaskala li għad ma ġabrux id-dokument/i tal-vot tagħhom għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali illi minn nhar l-Erbgħa t-22 ta’ Mejju, 2024, għandhom jattendu fil-Kunsill Lokali biex jieħdu l-imsemmija dokument/i u mhux mill-Għassa tal-Pulizija kif kien avżat aktar qabel. 

 

www.electoral.gov.mt

 

20 ta’ Mejju, 2024