Elezzjoni Ġenerali 2022 - Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI ĠENERALI – 26 TA’ MARZU, 2022
Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li għadhom ma ġabrux id-dokument għall-votazzjoni tagħhom illi jistgħu jiġbruh PERSONALMENT mill-Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar, jew, għall-votanti reġistrati f’Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A Pjazza San Franġisk, ir-Rabat Għawdex.
Il-ġranet u l-ħinijiet li fihom wieħed jista’ jiġbor id-dokument għall-votazzjoni huma kif ġej:
It-Tnejn 21, it-Tlieta 22 u l-Erbgħa 23 ta’ Marzu, 2022:
mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00 pm
Il-Ħamis, 24 ta’ Marzu, 2022 (l-aħħar jum):
mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl
TRID TIĠI PPREŻENTATA L-KARTA TAL-IDENTITA’ PERSONALMENT
L-EBDA DOKUMENT IEĦOR MA JISTA’ JKUN AĊĊETTAT
GĦAL DAN L-ISKOP
MINGĦAJR ID-DOKUMENT GĦALL-VOTAZZJONI ĦADD MA JKUN JISTA’ JIVVOTA NHAR JUM IL-VOTAZZJONI
21 ta’ Marzu, 2022