Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tal-Mosta - Nom. L-ewwel Ġurnata
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Mosta wara r-riżenja tal-Kunsillier Joseph Edward Howard (2019, PL).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġiet ippreżentata nomina għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Nomina ppreżentata ‘llum l-Erbgħa, 20 ta’ Jannar, 2021:
Danny Farrugia
20 ta’ Jannar, 2021