Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq Andrea Debono, Triq Carmelo Mangion, Wesgħet il-Frott, Triq il-Ġiżwiti, Triq Jean Houel, Triq Joseph Pirotta, Triq il-Kunsillieri, Triq in-Nawfraġju, Misraħ in-Nutar Ġużi Spiteri, Triq San Injazju ta’ Loyola u Triq Santa Fawstina Kowalska, In-Naxxar.
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta’ Settembru, 2019, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mis-17 ta’ Settembru, 2019.
18 ta’ Settembru, 2019