Elezzjoni Ġenerali 2026 - ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI FIT-3 DISTRETT ELETTORALI
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
FIT-3 DISTRETT ELETTORALI
Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fit-Tielet Distrett Elettorali ċedut minn Onor. Carmelo Abela. Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċevi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jintela’ dan il-post ta’ Membru tal-Kamra tad-Deputati.
Dawk il-kandidati li kkontestaw l-imsemmi distrett elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali tat-30 ta’ Mejju, 2026, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mill-Ġimgħa 19 sat-Tlieta 23 ta’ Ġunju, 2026, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Ex-Trade Fair Grounds, In-Naxxar, bejn id-9.00 am u n-12.00 pm. Applikazzjonijiet onlajn isiru permezz tal-websajt www.electoral.gov.mt mid-9.00 am tal-Ġimgħa 19 sa 12:00 pm tat-Tlieta 23 ta’ Ġunju, 2026.
Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti ta’ din l-elezzjoni każwali se ssir nhar il-Ġimgħa, s-26 ta’ Ġunju, 2026, mid-9.00 am ‘l quddiem.
18 ta’ Ġunju, 2026