Elezzjoni Ġenerali 2026 - Dokumenti tal-vot ta’ residenti f’San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI ĠENERALI – MEJJU 2026
Dokumenti tal-vot ta’ residenti f’San Vinċenz de Paul
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-familjari jew persuni li rċevew id-dokument għall-votazzjoni għan-nom ta’ xi qraba jew persuni oħra li bħalissa huma residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul, illi dawn għandhom jassiguraw li dan id-dokument għall-votazzjoni jingħata lil dawn ir-residenti sa mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 22 ta’ Mejju, 2026. Dan hu meħtieġ sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel il-preparamenti u verifiki sabiex tassigura li dawn ir-residenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-vot kif titlob il-liġi.
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar ukoll li persuni mhux reġistrati bħala eletturi fir-Residenza San Vinċenz de Paul iżda preżentament residenti fl-imsemmi post ikunu jridu jivvutaw is-Sibt, it-23 ta’ Mejju, 2026, f’din ir-residenza.
18 ta’ Mejju, 2026