Publikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien

Tags: Address Management Unit

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

 

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:

 

Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Sqaq Ernle Bradford, Triq il-Frejgatina, Triq il-Kajjik, Sqaq il-Kan. Ġużepp, Azzopardi, Triq il-Luzzu, Triq Malta Rebbieħa, Triq ir-Regatta 1969 u Ix-Xatt, Il-Kalkara.

 

li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.  L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta’ Mejju, 2021, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.  Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mill-14 ta’ Mejju, 2021.

 

18 ta’ Mejju, 2021

__________________