Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq il-Kardinal Prospero Grech, Wesgħet il-Kolleġġjata 1820 u
Triq il-Kwartier, Il-Birgu;
Triq it-Torri Wejter, Birkirkara u
Triq il-Lanġas, In-Naxxar
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta’ Settembru, 2020, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mill-15 ta’ Settembru, 2020.
17 ta’ Settembru, 2020