Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali
AVVIŻ GĦALL-ISTAMPA
Il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali javża li l-Uffiċċju Elettorali ġie legalment inkarigat biex jieħu ħsieb in-numerar tal-bibien fit-toroq tal-Gzejjer Maltin.
Is-sezzjoni tal-immaniġġjar tal-indirizzi fi ħdan l-imsemmi Uffiċċju għadha kif stampat fuljett informattiv dwar dan. Fost affarijiet oħra wieħed isib informazzjoni dwar x’inhu l-iskop li kull bieb ikollu numru uniku u dwar x’għandu jagħmel l-inkwilin malli jingħata numru ġdid jew jinbidillu n-numru tal-bieb ta’ daru. Dan il-fuljett jidher fuq il-websajt tal-Kummissjoni Elettorali, taħt is-sezzjoni “pubblikazzjonijiet”. Fl-istess sezzjoni qed ikunu murija wkoll l-avviżi uffiċjali tal-Gazzetta tal-Gvern fejn jinħarġu l-ordnijiet tal-għoti jew tibdil tan-numri tal-bibien f’diversi toroq ta’ Malta u Għawdex. Aktar ‘il quddiem se tiddaħħal aktar informazzjoni relatata.
www.electoral.gov.mt
17 ta’ Marzu, 2016