qtugħ ta' ismijiet ta' persuni rreġistrati bħala votanti fir-Reġistri Elettorali tal-K.L. u tal-P.E.

Tags: General

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lill-pubbliku illi bis-saħħa ta’ Att XI tal-2019, se tibda proċess biex tkun tista’ taqta’ ismijiet ta’ persuni rreġistrati bħala votanti fir-Reġistri Elettorali tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew minħabba li tilfu l-kwalifika li jibqgħu hekk irreġistrati.  Fil-ġranet li ġejjin se jintbagħtu ittri lil dawn il-persuni fl-indirizz li kienu l-aħħar irreġistrati fih.  Imbagħad, il-Kummissjoni tippubblika l-ismijiet involuti fil-Gazzetta tal-Gvern u f’ġurnal lokali fejn tagħti żmien xahar biex, f’każ ta’ nuqqas totali ta’ rispons, taqta’ l-ismijiet mir-Reġistri Elettorali msemmija li jmisshom ikunu ppubblikati f’Ottubru, 2019.  Dan il-proċess huwa skont Artikolu 26 ta’ Kapitlu 354 tal-Liġijiet ta’ Malta.

 

www.electoral.gov.mt

 

 

16 ta’ Awwissu, 2019