Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq il-Baħrija u Triq Francis X. Attard, Ħaż-Żabbar;
Triq Ħaż-Żabbar, St Peter’s, Ħaż-Żabbar;
Triq l-Għaġuża u Triq il-Quċċata, Marsaskala;
Triq il-Kannestru, Il-Mellieħa;
Triq Beresford, Tas-Sliema; u
Triq il-Qantar u Triq il-Qasba, Is-Swieqi
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta’ Awwissu, 2017, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mill-14 ta’ Awwissu, 2017.
16 ta’ Awwissu, 2017