Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar wara r-riżenja tal-Kunsillier Raymond Tabone (2015, PL).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fit-tieni jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
www.electoral.gov.mt
16 ta’ Jannar, 2018