Soluzzjoni tal-għadd tal-voti b'mod elettroniku
Avviż għall-Istampa
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ħarġet Talba għall-Informazzjoni (RFI) biex tagħmel riċerka fis-suq dwar il-kunċett għal soluzzjoni tal-għadd tal-voti b’mod elettroniku. Din l-RFI tista’ titniżżel mis-sezzjoni tal-Pubblikazzjonijiet fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali www.electoral.gov.mt.
Jistgħu jsiru talbiet bil-miktub għall-kjarifikazzjoni fuq is-suġġett lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali fuq [email protected] sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 31 ta’ Lulju, 2015. L-informazzjoni mitluba fl-RFI trid tasal b’imejl fuq [email protected] kif ukoll bil-miktub fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, VLT 2000, sa mhux aktar tard min-nofsinhar tat-Tnejn, 31 ta’ Awwissu, 2015.
15 ta’ Ġunju, 2015