Elezzjoni Każwali għal Membru Parlamentari Ewropew
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali għall-Membru Parlamentari Ewropew
Nomini ppreżentati t-Tlieta 11, l-Erbgħa 12, il-Ħamis 13, il-Ġimgħa 14 u s-Sibt 15 ta’ Lulju, 2017:
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-għadd tal-voti tal-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post imbattal mill-Onor. Therese Comodini Cachia ser isir nhar it-Tlieta, t-18 ta’ Lulju, 2017, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-għadd tal-voti se jibda fit-8.30 ta’ filgħodu.
Il-Kandidati nominati huma:
Bugeja Raymond, Cutajar Kevin, Ellul Helga, Shaw Jonathan, Vella Norman u Zammit Dimech Francis
Total ta’ nomini ppreżentati: 6
www.electoral.gov.mt
15 ta’ Lulju, 2017