MEP 2024 - cittadini ta' stat membru tal-U.E. li jixtiequ jivvutaw f'Malta

Tags: European Elections and Local Councils

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

Elezzjoni għall-Parlament Ewropew – Ġunju 2024

 

AVVIŻ mill-Kummissjoni Elettorali indirizzat lil dawk il-persuni residenti f’Malta li mhumiex Maltin iżda huma ċittadini ta’ stat membru tal-Unjoni Ewropea u li jixtiequ jivvotaw f’Malta għall-kandidati li se joħorġu għall-elezzjoni f’Malta.

 

  • Persuni li għandhom Karta ta’ Residenza valida maħruġa minn Identità u li kienu oriġinarjament għażlu li ma jivvotawx f’Malta (jiġifieri, jivvotaw fil-pajjiz tagħhom) jistgħu jsiru votanti rreġistrati jekk jimlew applikazzjoni apposta li trid titwassal fl-Uffiċċju Elettorali sal-15 ta’ April, 2024.  Din il-formola tinkiseb mill-Uffiċċju Elettorali (In-Naxxar jew Ir-Rabat, Għawdex), mill-website tal-Kummissjoni Elettorali, mill-Uffiċċji tal-Kunsilli Lokali u mill-Għases tal-Pulizija.

 

  • Persuni li m’għandhomx Karta ta’ Residenza valida maħruġa minn Identità għandhom japplikaw minn Identità, Triq il-Wied, L-Imsida.  Dan għadu jsir mill-aktar fis possibbli u qabel ma’ jiġi ppubblikat ir-Reġistru Elettorali validu għall-Elezzjonijiet ta’ Membri għall-Parlament Ewropew u għandhom jassiguraw li bil-firma tagħhom jagħżlu li se jivvotaw f’Malta u fl-istess ħin ikunu qed jintrabtu li jivvotaw f’Malta u li ma jivvotawx fil-pajjiz tagħhom għal din l-elezzjoni.

 

 

www.electoral.gov.mt

 

 

15 ta’ Marzu, 2024