Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ (M) - it-tielet ġurnata
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ (M) wara l-mewt tal-Kunsillier Godwin Grech (2024, PL).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew tliet nomini.
Nomini ppreżentati:
Borg Anthony
Borg Noelle
Scicluna Philip
L-Għadd tal-voti ser isir fid-09:00am ta’ nhar it-Tnejn l-20 ta’ Jannar, 2025, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar.
15 ta’ Jannar, 2025