Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Sqaq l-Iskoċċiżi, Triq Mons. Ludovik Mifsud Tommasi u Triq Sunny Aquilina, Bormla,
Triq Charles Magro u Triq Sigismondo Savona, Il-Fgura,
Triq Charles Miceli, In-Naxxar u
Triq il-Ħorża u Triq is-Sejjieħ, Is-Swieqi
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta’ Jannar, 2020, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mill-14 ta’ Jannar, 2020.
15 ta’ Jannar, 2020