Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan - kandidat mhux elett

Tags: Local Council Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan wara d-dikjarazzjoni ta’ vakanza wara l-ħatra tal-Kunsillier Albert Buttigieg bħala Membru fil-Kamra tad-Deputati, (2019, PN).

Il-kandidat li ppreżenta n-nomina għal din l-elezzjoni każwali li saret illum it-Tnejn, l-14 ta’ Novembru, 2022, ma ġiex elett għax ma laħaqx il-kwota meħtieġa.

 

www.electoral.gov.mt

                                   

14 ta’ Novembru, 2022