Elezzjoni Każwali għall-Membru Parlamentari fis-Seba' Distrett Elettorali
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela’ l-post ta’ Membru Parlamentari fis-seba’ distrett elettorali li tbattal minn Dott. Joe Cassar.
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sa l-għeluq taż-żmien provdut għan-nominazzjonijiet, irċevew ħames nomini:
Nomini ppreżentati:
Abela Anthony (Tony)
Grima Rudolph
Micallef Peter
Mifsud Philip
Vassallo David
L-għadd tal-voti ser jibda fid-9.00 a.m. ta’ nhar it-Tnejn, is-16 ta’ Novembru, 2015, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar.
www.electoral.gov.mt
14 ta’ Novembru, 2015