Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tal-Mosta - nomini ta' kandidati
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tal-Mosta
Nomini ta’ Kandidati
Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Mosta wara r-riżenja tal-Kunsillier Mikhail Micallef, sa nhar l-Erbgħa, 19 ta’ April, 2023 f’nofsinhar.
Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom personalment fl-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar bejn l-10:00 ta’ filgħodu u nofsinhar minn nhar it-Tnejn, 17 ta’ April sal-Erbgħa 19 ta’ April, 2023, jew onlajn permezz tal-link https://electoral.gov.mt/nominations minn nhar it-Tnejn 17 ta’ April fl-10:00 ta’ filgħodu sa nofsinhar tal-Erbgħa, 19 ta’ April, 2023.
Il-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom. F’każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta’ mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma’ kull nomina għandu jsir depożitu ta’ €90.
Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.
14 ta’ April, 2023