Elezzjoni Ġenerali 2022 - Persuni li għadhom ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni

Tags: General Election 2022

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

ELEZZJONI ĠENERALI – 26 TA’ MARZU, 2022

 

Persuni li għadhom ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li isimhom jidher fir-Registru Elettorali ppubblikat fil-25 ta’ Frar, 2022, suġġett għaż-żidiet, tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Uffiċjal Reviżur, u li ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni tagħhom, illi huma jistgħu jmorru personalment fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal u jieħdu magħhom il-Karta tal-Identita’ biex jieħdu d-dokument għall-votazzjoni tagħhom f’dawn il-ġranet u ħinijiet:

 

Minn nhar l-Erbgħa 16 ta’ Marzu 2022 sal-Ġimgħa 18 ta’ Marzu 2022

 

bejn it-8.00 am u s-1.00 pm u bejn it-3.00 pm u d-9.00 pm;

 

Is-Sibt 19 ta’ Marzu 2022: bejn it-8.00 am u l-10.00 pm;

Il-Ħadd 20 ta’ Marzu 2022: bejn it-8.00 am u s-12.00 pm.

 

Fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar id-dokumenti jinġabru mill-Għassa tal-Qawra. Fil-lokalità ta’ Marsaskala d-dokumenti jinġabru mill-iskola Primarja tal-Gvern, San Ġwakkin.  Fil-lokalitajiet ta’ Ħ’Attard, Il-Birgu, Il-Fontana, Ħal Għargħur, L-Għasri, L-Iklin, Il-Kalkara, Ħal Kirkop, Ħal Lija, Il-Mellieħa, Pembroke, Ta’ Xbiex u x-Xgħajra, id-dokumenti jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali fl-istess ġranet u ħinijiet.  Kull persuna trid turi l-Karta tal-Identita’.  L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat.

 

Kull votant għandu jkun żgur li jkollu d-dokument għall-votazzjoni għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota.

 

www.electoral.gov.mt

 

14 ta’ Marzu, 2022