Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ (M) - it-tieni ġurnata
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ (M) wara l-mewt tal-Kunsillier Godwin Grech (2024, PL).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fit-tieni jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġew ippreżentati żewġ nomini għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ (M).
Nomini ppreżentati ‘llum it-Tlieta l-14 ta’ Jannar, 2025:
Borg Anthony
Scicluna Philip
www.electoral.gov.mt
14 ta’ Jannar, 2025