Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien

Tags: Address Management Unit

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:

Sqaq Berqi, Triq Pawlina Muscat Inglott u Triq Wiġi Bongailas,  Ħaż-Żabbar;

Triq Tad-Dawl, Sqaq Nru. 2, Triq il-Qubbajt u Triq Tumas Dingli, Ħaż-Żebbuġ, Malta;

Triq Lorry Sant, Marsaskala u

Triq Paddy Stubbs, Is-Swieqi

li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.  L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-10 ta’ Novembru, 2017, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.  Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mill-10 ta’ Novembru, 2017.

 

13 ta’ Novembru, 2017