persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI 2019
Persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali
Il-Kummissjoni Elettorali tavza li d-dettalji tal-persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji (inklużi r-riservi) fl-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali ġew ippubblikati fil-Gazetta tal-Gvern tat-30 ta’ April, 2019.
Il-Kummissjoni Elettorali tavza lil dawk il-persuni li se jservu (inklużi r-riservi) fil-21 ta’ Mejju, 2019, illi se jkunu jistgħu jivvotaw biss is-Sibt 18 ta’ Mejju, 2019. Il-kumplament tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali (inklużi ir-riservi) se jkunu jistgħu jivvotaw biss it-Tlieta 21 ta’ Mejju, 2019, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar jekk huma votanti rreġistrati fuq Malta u fil-Farm Sperimentali tal-Gvern fix-Xewkija jekk huma votanti rreġistrati fuq Għawdex. L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali għandhom jattendu personalment fil-post u data indikata u jippreżentaw id-dokument/i tal-vot biex jivvotaw. Il-ħinijiet ikunu dejjem mis-7.00 am sal-10.00 pm bla waqfien.
Bla ebda mod ma jkun possibli li dawn il-persuni hekk maħtura jivvotaw is-Sibt 25 ta’ Mejju, 2019, anke jekk jirtiraw mill-kariga.
13 ta’ Mejju, 2019