Elezzjoni Ġenerali 2022 - Laqgħat għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI ĠENERALI – MARZU, 2022
Laqgħat għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li ġew maħtura bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Riservi u Polling Place Officers għall-Elezzjonijiet Ġenerali li ġejjien, li huma għandhom jattendu għall-sessjoni ta’ ‘briefing’ skont kif indikat fl-iskeda li tinsab ma’ dan l-Avviż.
L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali, ir-Riservi u l-Polling Place Officers huma mitluba sabiex jattendu fil-ġurnata u l-ħin kif speċifikat għalihom sabiex ikunu jistgħu jieħdu direttivi mill-Kummissjoni Elettorali u jagħmlu l-mistoqsijiet li jista’ jkollhom.
L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali, ir-Riservi u l-Polling Place Officers għandhom iġibu magħhom il-ktejjeb tal-istruzzjonijiet flimkien mal-materjal kollu li ntbagħtilhom mill-Kummissjoni Elettorali. Dawn l-uffiċjali huma mfakkra li għandhom jiffamiljarizzaw rwieħhom sewwa mal-istruzzjonijiet inklużi fil-ktejjeb imsemmi.
L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali li huma vvaċċinati kontra l-Covid-19, għandhom jippreżentaw iċ-ċertifikat validu tal-vaċċin sakemm mhux diġà sottomess mal-applikazzjoni, qabel il-bidu tal-laqgħa. L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali huma mfakkra wkoll li f’każ li ma jkunux ippreżentaw iċ-ċertifikat validu tal-vaċċin kontra l-Covid-19 sal-jum tal-briefing, dakinhar li se jservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali se jiġu mitluba jippreżentaw kopja ta’ rapid test magħmul sa minn 48 siegħa qabel sal jum tal-votazzjoni li fih huma ser ikunu maħtura biex iservu.
www.electoral.gov.mt
13 ta’ Marzu, 2022
|
Data |
Ħin |
Post |
Laqgħa għall- |
|---|---|---|---|
|
It-Tnejn, 14 ta’ Marzu 2022 |
17.00 |
Malta Fairs and Convention Centre -Ta’ Qali Dħul: South Gate |
Assistenti Kummissjonarji Elettorali li se jservu fil-Kmamar tal-Votazzjoni minn numru 1 sa 169.
Assistenti Kummissjonarji li se jservu fi Kmamar tal-Votazzjoni fejn hemm Kaxxi tal-Votazzjoni mħallta għall:
Riservi bil-kunjom li jibda bl-ittri A, B, W, X, Q u R. |
|
It-Tlieta, 15 ta’ Marzu 2022 |
17.00 |
Malta Fairs and Convention Centre -Ta’ Qali Dħul: South Gate |
Assistenti Kummissjonarji Elettorali li se jservu fi Kmamar tal-Votazzjoni minn numru 170 sa 446.
Riservi bil-kunjom li jibda bl-ittri C, D, E, F, T u V. |
|
L-Erbgħa, 16 ta’ Marzu 2022 |
17.00 |
Malta Fairs and Convention Centre - Ta’ Qali Dħul: South Gate |
Assistenti Kummissjonarji Elettorali li se jservu fi Kmamar tal-Votazzjoni minn numru 447 sa 741.
Riservi bil-kunjom li jibda bl-ittri G, H, I, J, K, L, M, N, O, P, S u Z. |
|
Il-Ħamis, 17 ta’ Marzu 2022 |
14:30 |
Examination Hall, Triq Fortunato Mizzi, Rabat, Għawdex |
Assistenti Kummissjonarji Elettorali li huma rreġistrati bħala votanti f’Għawdex. |
|
Il-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu 2022 |
17.30 |
Sala tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar |
Polling Place Officers taċ-ċentri tal-votazzjoni kollha f’Malta u Għawdex. |