Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq in-Naħal, Triq Sir Arturo Mercieca u Triq it-Torri Gauci, In-Naxxar;
Triq Salvinu Spiteri, Santa Venera; u
Triq Ebona, Sqaq Nru. 2, Ħaż-Żebbuġ
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-10 ta’ Marzu, 2017, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mill-10 ta’ Marzu, 2017.
13 ta’ Marzu, 2017