Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ (M) - l-ewwel ġurnata

Tags: Local Council Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
 
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ (M) wara l-mewt tal-Kunsillier Godwin Grech (2024, PL).
 
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ (M).
 
 
                                    
13 ta’ Jannar, 2025