Elezzjoni kazwali ghall-membru Parlamentari fit-tmien Distrett Elettorali

Tags: General Election 2017, General Election Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI FIT-TMIEN DISTRETT ELETTORALI

Elezzjoni Każwali fit-Tmien Distrett Elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara r-riżenja tal-Onor. Christian Cardona.

Il-Kummissjoni Elettorali jgħarrfu li sal-aħħar jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġew ippreżentati żewġ nomini għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari.

Castaldi Paris Ian

Tua Rachel

Total ta’nomini ppreżentata: 2

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-Għadd tal-voti tal-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post vakant mill-Onor. Christian Cardona ser issir l-Erbgħa, 13 ta’ Mejju 2020, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-Għadd tal-Voti se jibda’ fid-9 ta’ filgħodu.

www.electoral.gov.mt

11 ta’ Mejju, 2020