ġbir ta' dokumenti tal-vot minn Marsalforn

Tags: Elections 2019

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI –

25 TA’ MEJJU, 2019

 

Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lill-votanti rreġistrati fuq Marsalforn li għad ma ġabrux id-dokument/i tal-vot tagħhom illi mil-lum fit-3.00pm għandhom jattendu fl-indirizz Kaċċatur Flats, Triq ix-Xagħra, Marsalforn, biex jieħdu l-imsemmija dokumenti.  Il-votant irid jattendi personalment u juri l-karta tal-identità jew il-karta tar-residenza.

 

www.electoral.gov.mt

 

11 ta’ Mejju, 2019