Avviż mill-Kummissjoni Elettorali dwar il-Moviment Patriotti Maltin
AVVIŻ GĦALL-ISTAMPA
Il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jirreferi għall-konferenza tal-aħbarijiet li għamel il-Moviment Patriotti Maltin, il-Ġimgħa, 8 ta’ April, 2016, fejn is-Segretarju Ġenerali, is-Sur H. Battistino ġie rrappurtat li qal li l-istatut tal-Moviment kien diġa’ ġie approvat mill-Kummissjoni Elettorali.
Il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jiċċara l-fatt li dan mhux minnu peress li l-Kummissjoni Elettorali għad trid tikkonsidra t-talba tal-Moviment għall-approvazzjoni. Kull ma ħarġet il-Kummissjoni Elettorali hi “acknowledgement” li rċeviet l-istatut u ittra mill-Moviment.
www.electoral.gov.mt
11 ta’ April, 2016