Ċittadini ta' stat membru tal-Unjoni Ewropea u li jixtiequ jivvotaw f'Malta

Tags: Elections 2019

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

Elezzjoni għall-Parlament Ewropew – Mejju 2019

 

AVVIŻ mill-Kummissjoni Elettorali indirizzat lil dawk il-persuni residenti f’Malta li mhumiex Maltin iżda huma ċittadini ta’ stat membru tal-Unjoni Ewropea u li jixtiequ jivvotaw f’Malta għall-kandidati li se joħorġu għall-elezzjoni f’Malta.

 

  • Persuni li għandhom Karta ta’ Residenza valida maħruġa mill-Aġenzija Identity Malta u li kienu oriġinarjament għażlu li ma jivvotawx f’Malta (jiġifieri, jivvotaw fil-pajjiz tagħhom) jistgħu jsiru votanti rreġistrati jekk jimlew applikazzjoni apposta li trid titwassal fl-Uffiċċju Elettorali sal-31 ta’ Marzu, 2019.  Din il-formola tinkiseb mill-Uffiċċju Elettorali (il-Belt Valletta jew Ir-Rabat, Għawdex), mill-website tal-Kummissjoni Elettorali https://electoral.gov.mt/Media/Default/Documents/DOWNLOADS/ApplicationForms/MEPForm.pdf, mill-Uffiċċji tal-Kunsilli Lokali u mill-Għases tal-Pulizija.

 

  • Persuni li m’għandhomx Karta ta’ Residenza valida maħruġa mill-Aġenzija Identity Malta għandhom japplikaw fid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza, Aġenzija Identity Malta, Evans Building, Il-Belt Valletta.  Dan irid isir sal-31 ta’ Marzu, 2019, u għandhom jassiguraw li bil-firma tagħhom jagħżlu li se jivvotaw f’Malta u fl-istess ħin ikunu qed jintrabtu li jivvotaw f’Malta u li ma jivvotawx fil-pajjiz tagħhom għal din l-elezzjoni.

 

 

 

www.electoral.gov.mt

 

 

11 ta’ Frar, 2019