Elezzjoni Każwali għall-Membru Parlamentari fis-Seba' Distrett Elettorali

Tags: General Election Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI

FIS-SEBA’ DISTRETT ELETTORALI

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċevi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari fis-seba’ distrett elettorali li tbattal mill-Onor. Joe Cassar.

 

Dawk il-kandidati li kkontestaw is-seba’ distrett elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Marzu, 2013, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mil-lum sa nhar is-Sibt l-14 ta’ Novembru, 2015, fl-Uffiċċju li għandha l-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, bejn id-9.00 am u nofsinhar.

 

Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni fin-Naxxar u fil-Belt Valletta.  Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti ta’ din l-elezzjoni każwali se jsir nhar it-Tnejn, is-16 ta’ Novembru, 2015, mid-9.00 am ‘l quddiem.

 

www.electoral.gov.mt

 

 

 

 

 

10 ta’ Novembru, 2015