Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq Beneditt Farrugia, Triq Ħal Safi, Triq l-Imdina, Triq Il-Karwija, Triq Il-Lewżiet, Triq Nerik Xerri, Triq Salvu Sacco, Triq Valletta u Triq Wiġi Vella,
Ħal Kirkop
Triq Wied Il-Knejjes, Ħal Luqa
Triq Ħal Kirkop, L-Imqabba
Vjal Il-Ħaddiem, Ir-Rabat, Malta
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-7 ta’ Lulju, 2017, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mis-7 ta’ Lulju, 2017.
10 ta’ Lulju, 2017