Sistema telefonika ġdida

Tags: General, Press Release, Electoral Office

Avviż għall-Istampa

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li s-sistema telefonika fl-Uffiċċju Elettorali f’Evans Building, il-Belt Valletta, ser tinbidel għal waħda li biha taqbad awtomatikament fis-sezzjoni meħtieġa (Direct Dialling In).  Il-bidla se ssir filgħodu tal-Ġimgħa l-10 ta’ Lulju.  Huwa mistenni li jkun hemm xi interruzzjonijiet waqt dan l-eżerċizzju.  Filwaqt li l-Kummissjoni Elettorali tiżkuża ruħha għal dan l-inkonvenjent ser isir kull sforz biex l-inkonvenjent ikun mill-inqas kemm jista’ jkun.  In-numri diretti tat-telefon ser ikunu:

 

Reception

2558 3000

Uffiċċju tal-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali

2558 3110

Amministrazzjoni

2558 3120

Kontijiet

2558 3130

I.T.

2558 3140

Procurements

2558 3150

Maniġġar ta’ Indirizzi

2558 3160

Reġistru Elettorali

2558 3170

 

www.electoral.gov.mt

 

9 ta’ Lulju, 2015