Elezzjoni Kazwali ghall-membru Parlamentari fit-tielet Distrett Elettorali
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI FIT-TIELET DISTRETT ELETTORALI
Elezzjoni Każwali fit-Tielet Distrett Elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara r-riżenja tal-Onor. Helena dalli.
Il-Kummissjoni Elettorali jgħarrfu li sal-aħħar jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġew ippreżentati erba’ nomini għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari.
Calleja Mario
Micallef Edric
Micallef Jean Claude
Muscat Sebastian
Total ta’nomini ppreżentata: 4
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-Għadd tal-voti tal-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post vakant mill-Onor. Helena Dalli ser issir l-Erbgħa, 11 ta’ Diċembru 2019, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-Għadd tal-Voti se jibda’ fid-9 ta’ filgħodu.
www.electoral.gov.mt
9 ta’ Diċembru, 2019