Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien

Tags: Address Management Unit

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:

Triq ir-Rebħa, Ir-Rabat (M),

Trejqet Sant’Andrija, San Pawl il-Baħar,

Triq il-Pedidalwett, Madliena, Is-Swieqi u

Triq il-Kurkanta, Ħaż-Żebbuġ (M)

 

li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.  L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Settembru, 2019, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.  Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mis-6 ta’ Settembru, 2019.

 

 

9 ta’ Settembru, 2019