LC 2024 - ma ssottomettewx ir-rapport ġuramentat tad-dħul/spejjeż elettorali

Tags: Electoral Office

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI INDIRIZZAT LILL-KANDIDATI LI KKONTESTAW L-ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI (8 TA’ ĠUNJU, 2024)

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lill-kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali u li għadhom ma ssottomettewx ir-rapport ġuramentat tad-dħul/spejjeż elettorali tagħhom illi skont il-liġi għandhom sa nhar it-Tlieta l-20 ta’ Awwissu, 2024, biex jagħmlu dan.  Min ma jissottomettix dan ir-rapport jew jissottomettih tard qed jikser id-dispożizzjonijiet tar-regolament 101 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar Gvern Lokali, (Kap. 363) bil-konsegwenzi stipulati.

 

www.electoral.gov.mt

 

 

9 ta’ Awwissu, 2024