persuni li għadhom ma rċevewx id-dokument/i għall-votazzjoni
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI – 25 TA’ MEJJU, 2019
Persuni li għadhom ma rċevewx id-dokument/i għall-votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li isimhom jidher fir-Registru Elettorali ppubblikat fit-13 ta’ April, 2019, suġġett għaż-żidiet, tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Ufficjal Reviżur, u li ma rċevewx id-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom, illi huma jistgħu jmorru personalment fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal u jieħdu magħhom il-Karta tal-Identita’ jew il-Karta tar-Residenza biex jieħdu d-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom f’dawn il-ġranet u ħinijiet:
Il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju: mit-3.00 pm sad-9.00 pm;
Mis-Sibt 11 sal-Ġimgħa 17 ta’ Mejju: bejn it-8.00 am u s-1.00 pm u bejn it-3.00 pm u d-9.00 pm;
Is-Sibt 18 ta’ Mejju: bejn it-8.00 am u l-10.00 pm;
Il-Ħadd 19 ta’ Mejju: bejn it-8.00 am u s-1.00 pm.
Fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar id-dokumenti jinġabru mill-Għassa tal-Qawra. Fil-lokalità ta’ Marsaskala d-dokumenti jinġabru mill-iskola Primarja tal-Gvern, San Ġwakkin. Fil-lokalitajiet ta’ Bormla, Il-Fontana, L-Għasri, L-Iklin, Ħal Lija, Marsaxlokk, Pembroke u Ta’ Xbiex, id-dokumenti jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali fl-istess ġranet u ħinijiet. Kull persuna trid turi l-Karta tal-Identita’ jew il-Karta tar-Residenza. L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat.
Kull votant għandu jkun żgur li jkollu d-dokumenti għall-votazzjoni għax mingħajrhom ħadd ma jkun jista’ jivvota.
9 ta’ Mejju, 2019