Reviżjoni tar-Reġistri Elettorali - Ottubru 2024

Tags: Electoral Register

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
 
 
REVIŻJONI TAR-REĠISTRU ELETTORALI GĦALL-ELEZZJONI ĠENERALI
 
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil kull min kien kwalifikat biex ikun reġistrat bħala votant fit-30 ta’ Settembru, 2024, dwar l-importanza li jiġu ivverifikati li l-isem u l-partikolaritajiet qed jidhru fir-reġistru elettorali rivedut ippubblikat fil-25 ta’ Ottubru, 2024.
 
Dawk il-persuni li saru ċittadini ta’ Malta b’naturalizzazzjoni jew b’reġistrazzjoni u dawk li għandhom ċertifikat ta’ ċittadinanza doppja għandhom id-dritt ikunu reġistrati bħala votanti f’dan ir-reġistru jekk, fit-30 ta’ Settembru, 2024, kellhom il-kwalifiki meħtieġa skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta u skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354).  Għalhekk, dawn il-persuni huma mħeġġa jivverifikaw li jidhru bħala votanti fl-imsemmi reġistru.
 
Min ma ġiex inkluż f’dan ir-reġistru, avolja ma jkunx għamel applikazzjoni qabel lill-Kummissjoni Elettorali għal dan il-għan, jew li xi partikolaritajiet tiegħu kif jidhru fir-Reġistru jenħtieġu korrezzjoni, jista’ jippreżenta appell lill-Uffiċjal Reviżur sa nhar il-Ġimgħa l-15 ta’ Novembru, 2024, sabiex jitlob li ismu jiddaħħal f’dan ir-reġistru.  Kull min jixtieq jippreżenta appell jista’ jikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali, Ex Trade Fair Grounds, In-Naxxar jew mill-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta’ Wara s-Sur, ir-Rabat, Għawdex.
 
 
8 ta’ Novembru, 2024