Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tal-Imġarr
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Imġarr wara r-riżenja tal-Kunsillier Elizabeth Ebejer (2013, PL)
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Imġarr.
www.electoral.gov.mt
8 ta’ Novembru, 2016