Elezzjoni każwali għall-membru parlamentari Fit-tieni distrett elettorali
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI
FIT-TIENI DISTRETT ELETTORALI
Elezzjoni Każwali fit-Tieni Distrett Elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara r-riżenja tal-Onor. Joseph Muscat.
Il-Kummissjoni Elettorali jgħarrfu li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari.
8 ta’ Ottubru, 2020