Elezzjoni Każwali għall-Membru Parlamentari fid-Disa' distrett elettorali
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela’ l-post ta’ Membru Parlamentari fid-disa’ distrett elettorali li tbattal bir-riżenja tal-Onor. Leo Brincat.
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien provdut għan-nominazzjonijiet, irċevew erba’ nomini:
Nomini ppreżentati:
Grima Clifton, Micallef Emanuel, Saliba Simon u Zammit Alamango Nikita.
L-għadd tal-voti ser jibda fid-9.00 a.m. ta’ nhar it-Tlieta, 11 ta’ Ottubru, 2016, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar. Id-dħul ikun ristrett għall-persuni awtorizzati.
www.electoral.gov.mt
8 ta’ Ottubru, 2016