Elezzjoni każwali għall-membru parlamentari fit-tieni distrett elettorali

Tags: General Election Casual Election, General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

 

ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI

FIT-TIENI DISTRETT ELETTORALI

 

Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fit-Tieni Distrett Elettorali wara r-riżenja tal-Onor. Joseph Muscat. Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazzetta tal- Gvern tal-lum.  Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċievi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela dan il-post ta’ Membru Parlamentari fit-Tieni Distrett Elettorali.

 

Dawk il-kandidati li kkontestaw it-Tieni Distrett Elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju, 2017, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mill-Ħamis 8 sat-Tnejn 12 ta’ Ottubru, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9.00 am u nofsinhar.

 

Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti se jsir nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Ottubru, 2020, mid-9am ‘l quddiem.

 

www.electoral.gov.mt

 

 

 

 

 

 

7 ta` Ottubru, 2020