Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tal-Munxar

Tags: Local Council Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Munxar wara r-riżenja tal-Kunsilliera Sonya Abela (2019, PL) skont Artiklu 18 tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali.

Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fit-tieni jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Munxar.

 

www.electoral.gov.mt

 

  8 ta' Ottubru, 2019