Elezzjoni Ġenerali 2022 - Ġurament li jsir barra minn Malta - Lussemburgu

Tags: General Election 2022

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONI ĠENERALI – MARZU 2022

 

Ġurament li jsir barra minn Malta - Lussemburgu

Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw lill-votanti li qegħdin il-Lussemburgu li saru arranġamenti oħra sabiex votanti li jixtiequ li jivvotaw fil-votazzjoni bikrija, li ser issir fid-19 ta’ Marzu, 2022 peress li dakinhar tas-26 ta’ Marzu 2022 se jkunu msefrin jew rikoverati f’xi sptar, ikunu jistgħu japplikaw bil-ġurament ġewwa l-Konsulat Onorarju ta’ Malta fil-Lussemburgu.

 

Għaldaqstant nhar it-Tlieta, 15 ta’ Marzu 2022 uffiċjal mill-Ambaxxata ta’ Malta fil-Belġju ser ikun qiegħed il-Lussemburgu, fl-uffiċċini tal-Konslu Onorarju ta' Malta fil-Lussemburgu sabiex  jamministra l-ġurament fl-indirizz:

 

8, Rue Sainte-Zithe

Luxembourg City

Luxembourg

 

Dawk il-votanti Maltin li jixtiequ jieħdu din l-opportunità huma mħeġġa sabiex jagħmlu kuntatt mal-Ambaxxata ta’ Malta fil-Belġju, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel il-15 ta’ Marzu 2022.

 

Id-dikjarazzjoni ġuramentata (skenjata) trid tasal għand il-Kummissjoni Elettorali fuq [email protected] sa mhux iżjed tard minn nofsinhar (ħin ta’ Malta) tal-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu, 2022.  Il-Kummissjoni Elettorali toħroġ riċevuta għal kull applikazzjoni bil-ġurament li tirċievi li tintbagħat fuq indirizz ta’ imejl li l-votant jista’ jikkwota fuq il-ġurament.

 

www.electoral.gov.mt

8 ta’ Marzu, 2022