Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Il-Mosta
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Il-Mosta wara r-riżenja tal-Kunsillier Edwin Vassallo (2015, PN).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew tlett nomini:
Nomini ppreżentati:
Deguara Francis
Gauci Jesmond
Pace Martin
L-għadd tal-voti ser isir f’nofsinhar ta’ nhar it-Tnejn, 12 ta’ Diċembru, 2016, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
www.electoral.gov.mt
7 ta’ Diċembru, 2016