Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar - l-ewwel ġurnata
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar wara r-riżenja tal-Kunsillier Antoinette Bezzina (2024, PN).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġew ippreżentati tliet nomini għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Nomini ppreżentati ‘llum it-Tnejn s-7 ta’ Ottubru, 2024:
Borg Mary, Busuttil Anthony u Chetcuti Carmelo k/a Charles
7 ta’ Ottubru, 2024