Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija wara r-riżenja tal-Kunsillier Marc Sant (2013, PL).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew nomina waħda:
Nomina ppreżentata:
Farrugia Salvatore
L-għadd tal-voti ser isir f’nofsinhar ta’ nhar it-Tlieta, 11 ta’ April, 2017, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
www.electoral.gov.mt
7 ta’ April, 2017